blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mark 5:1-20 -- Matthew 8:28-34 -- Luke 8:26-39 -- & -- The Deceitful Tactics and Hatred of the devil

Friday, July 06, 2012

Mark 5:1-20 -- Matthew 8:28-34 -- Luke 8:26-39 -- & -- The Deceitful Tactics and Hatred of the devil

 
 
John 8:44b ... the devil was a murderer from the beginning and does not stand in the truth, because there is no truth in him. When he lies, he speaks according to his own nature, for he is a liar and the father of lies.

 
********************************************************





Bishop Barron on The Devil



Additional Commentary from Fr. Barron on The Devil  





The Gerasene Demoniac











Mk 5:1-20 -- Jesus Restores a Demon-Possessed Man - "Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!"


THE GOSPEL ON MONDAY OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME

5. Ġesù jfejjaq raġel imxajtan f'Gerasa
(Mt 8, 28-34 ; Lq 8, 26-39)


Evanġelju
Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!
Mk 5, 1-20

Qari mill-Evanġelju skond San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu [Mk:5:1] Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. [Mk:5:2] Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. [Mk:5:3] Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista' jżommu marbut, anqas b'katina, [Mk:5:4] għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu. [Mk:5:5] Lejl u nhar kien il-ħin kollu joqgħod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta' ġismu biż-żrar.


[Mk:5:6] Kif lemaħ lil Ġesù mill-bogħod ġera lejh, nxteħet fl-art quddiemu, [Mk:5:7] u għajjat b'leħen qawwi u qallu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesù, Bin Alla l-Għoli? Aħlifli fuq Alla li ma taħqarnix!" [Mk:5:8] Għax kien qallu: "Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!" [Mk:5:9] Mbagħad staqsieh: "X'jismek?" "Leġjun jisimni," wieġbu,"għax aħna ħafna." [Mk:5:10] U beda jitolbu bil-ħerqa biex ma jkeċċihomx barra mill-pajjiż.

[Mk:5:11] Mela kien hemm merħla kbira ta' qżieqeż tirgħa mal-ġenb ta'   l-għolja, [Mk:5:12] u l-ispirti talbuh ħafna u qalulu: "Ibgħatna lejn  il-qżieqeż ħa nidħlu fihom." [Mk:5:13] U ħalliehom imorru. L-ispirti ħżiena ħarġu, u daħlu fil-qżieqeż; u l-merħla, li kienet ta' madwar elfejn ras, nxteħtet għal ġol-baħar mill-għoli tax-xaqliba u għerqet  fil-baħar. [Mk:5:14] Ir-rgħajja tagħhom ħarbu u marru jxerrdu l-aħbar mal-belt u l-irziezet, u n-nies ġiet tara x'ġara. [Mk:5:15] Ġew ħdejn Ġesù, u lil dak li qabel kien maħkum mix-xitan u li kellu l-leġjun ġo fih rawh bilqiegħda, liebes u moħħu f'sikktu, u baqgħu miblugħin  bil-biża'. [Mk:5:16] In-nies li raw il-ġrajja qalulhom x'kien għadda minn għala l-imxajtan u l-qżieqeż. [Mk:5:17] Mbagħad bdew jitolbuh ħafna lil Ġesù biex iwarrab minn pajjiżhom.
 
[Mk:5:18] Kif kien tiela' fuq id-dgħajsa, dak li qabel kien maħkum mix-xitan beda jitolbu ħafna biex iħallih jibqa' miegħu. [Mk:5:19] Iżda hu ma ħalliehx, u qallu: "Mur inġabar id-dar ma' niesek, u għidilhom kull ma għamel miegħek il-Mulej, u kif ħenn għalik." [Mk:5:20] Dak telaq, u beda jxandar fid-Dekapoli kemm kien għamel miegħu Ġesù. U kulħadd stagħġeb.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.
=====================================================




Mt 8:28-34 -- Jesus Restores Two Demon-Possessed Men - Ġesù jfejjaq żewġ imxajtna


THE GOSPEL ON WEDNESDAY OF WEEK 13 IN ORDINARY TIME
 
Ġesù jfejjaq żewġ imxajtna
(Mk 5, 1-20; Lq 8, 26-29)

[Mt:8:28] Wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista' jgħaddi bihom minn dik it-triq.[Mt:8:29] U nfexxew jgħajjtu u jgħidu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?"[Mt:8:30] Mela ftit 'il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer tirgħa.[Mt:8:31] U x-xjaten talbu ħafna lil Ġesù u qalulu: "Jekk toħroġna, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer."[Mt:8:32] "Morru?" qalilhom. Mbagħad ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla kollha nxteħtet mill-għoli tax-xaqliba għal ġol-baħar u nqerdet fl-ilma.[Mt:8:33] Ir-rgħajja ħarbu u marru l-belt ixerrdu l-aħbar ta' kollox u ta' kull ma kien għadda minn għala l-imxajtna.[Mt:8:34] U l-belt ħarġet bi ħġarha għal ħdejn Ġesù u kif rawh, bdew jitolbuh ħafna biex jibqa' sejjer 'il barra minn pajjiżhom.

 

 
=====================================================
 

 
 
Lk 8:26-39 -- Jesus Heals the Gerasene possessed by devils - Fejqan ta' raġel bi spirtu mniġġes


Fejqan ta' raġel bi spirtu mniġġes
(Mt 8, 28-34 ; Mk 5, 1-20)


[Lq:8:26] Waslu x-xatt u niżlu fl-art tal-Gerasin li tiġi biswit il-Galilija. [Lq:8:27] Huwa u nieżel l-art, resaq raġel minn dik il-belt, maħkum mix-xitan. Kien ilu żmien twil ma jxidd libsa fuqu, u ma kienx joqgħod id-dar, imma qalb l-oqbra. [Lq:8:28] Kif lemaħ lil Ġesù qabad jgħajjat, nxteħet quddiemu u b'leħen qawwi qallu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesù, Bin Alla l-Għoli? Nitolbok, taħqarnix!" [Lq:8:29] Għax Ġesù kien ġa kkmanda lill-ispirtu mniġġes biex joħroġ minn dak il-bniedem. Għax bosta drabi kien jaħkmu, u n-nies kienu jorbtuh bil-ktajjen u bix-xkiel biex iżommuh, iżda hu kien iqaċċat l-irbit u x-xitan kien jimbuttah lejn id-deżert. [Lq:8:30] Ġesù staqsieh: "X'jismek?" "Leġjun," qallu, għax ħafna xjaten kienu daħlu fih. [Lq:8:31]  beda jitolbu biex ma jordnalhomx imorru fl-abbissi.
[Lq:8:32] Mela kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer jirgħu fuq l-għolja, u l-ispirti talbuh biex iħallihom jidħlu fihom; u hu ħalliehom. [Lq:8:33] U x-xjaten ħarġu minn dak il-bniedem u daħlu fil-ħnieżer. U l-merħla nxteħtet għal ġo l-għadira mill-għoli tax-xaqliba u għerqet. [Lq:8:34] Ir-rgħajja, meta raw x'ġara, ħarbu u marru jxerrdu l-aħbar mal-belt u l-irziezet. [Lq:8:35] In-nies ħarġu jaraw x'ġara u marru ħdejn Ġesù, u lil dak ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten sabuh bilqiegħda f'riġlejn Ġesù, liebes u moħħu f'sikktu; u qabadhom il-biża'. [Lq:8:36] In-nies li raw x'ġara qalulhom kif Ġesù fejjaq lil dak li kien maħkum mix-xitan. [Lq:8:37] Mbagħad in-nies kollha ta' l-inħawi ta' Gerasa bdew jitolbu lil Ġesù biex iwarrab minn ħdejhom, għax biża' kbir kien waqa' fuqhom. U hu tela' fuq id-dgħajsa u reġa' lura. [Lq:8:38] Ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten talbu biex jibqa' miegħu, iżda hu bagħtu u qallu: [Lq:8:39] "Erġa' lura lejn id-dar u għarraf kull ma għamel Alla miegħek." Dak telaq u xandar mal-belt kollha kull ma kien għamel miegħu Ġesù.

 
 ============
 ============
 ============
 
 
Reflection in Maltese, on the Gospel of Luke 8:26-39

 
Nagħlqu għajnejna u nimmaġinaw jiġi raġel bħal ma qrajna f’dis-silta. Kif ħa nirreaġixxu ? Biża’ kbir, nitilqu niġru, naħarbuh, nċemplu lil pulizija, jaqla’ xi xebgħa wkoll, ecc, ecc,........imma Ġesù kif irreaġixxa ? Ra lil hinn mill-persuna mħawwda, miskina; raha mneżża minn kull dinjita, mbiċċra, mwarrba  – VITTMA – jista’ jkun kaġun tat-taħwid u l-iskandli li tgħallem mill-esperjenzi li għaddha minnhom ma' ta’ madwaru !
Ġesù, l-Iben t’Alla sar bniedem biex jagħmel ġlieda max-xitan ħalli jikxef il-modi tieghu kollha qerq u ħsara għall-bniedem... Għax ix-xitan qatt ma aċċetta li Alla l-Ħallieq jiċċekken tant li jieħu sura ta' bniedem, mank ta' Anġlu ? Le ta' bniedem, bħalna f'kollox barra d-dnub: Għalhekk x-xitan jobgħbod is-sura  tal-bniedem u jagħmel minn kollox biex iqarraq bih, jimlih bih innifsu, iħawwdu, jirredikolah, ikissru, imarrdu, joqtlu, jeliminah... ... U Ġesù tħassar lil dal-bniedem u għalhekk ordna bil-qawwa kollha lix-xitan joħroġ minnu. Ġesù dejjem lest li jaħfer u jsalva lil bniedem li jitolbU l-għajnuna !

 
Mill-ewwel induna l-leġjun MIN kien Ġesù - Bin Alla l-Għoli (xi stqarrija qawwijja minn dak stess li huwa mibegħda u ndannazzjoni !! Hekk ukoll is-satanisti (l-imqarrqa bit-tlellix tax-xitan) jistqarru bl-għaġir tagħhom stess il-vera preżenza ta' Ġesù fl-Ewkaristija kull meta jisirquha) - X’qawwa ħass bil-preżenza ta' Ġesù..... nxteħet quddiemu  (wera’ kemm hu dejjem tellief quddiem Alla).... u l-bniedem f’mument bħal dan juri kemm jixtieq l-għajnuna għall-ħelsien –-- il-ġlieda tagħna --- bejn (a) ix-xewqa li nsiru nafu aktar lil Alla ħa ngħarrfu nagħmlu t-tajjeb u (b) l-ġibda fin-natura dgħajfa tagħna għall-ħazen) ......u ĠESÙ talab fuqu u ħelsu.

 
Ma Ġesù biss hi r-rebħa tagħna: Hu biss jgħallimna nkunu dejjem konxji tal-inganni tax-xitan. Insemmuhom, nikxfuhom, nrazznuhom u nmewtuhom fl-Isem ta’ ĠESÙ . Bit-tagħlim u l-għajnuna li joffrulna s-saċerdoti, nersqu għas-Sagrament tal-Qrar u s-Sagrament tal-Ewkaristija fil-Quddiesa. Ngħozzu l-mumenti li naqsmu flimkien ma’ Ġesù Ewkaristja, Alla Trinita Qaddisa, li jgħammar fostna. NitolbuH l-għajnuna u Hu jagħtina l-faraġ, il-qawwa u l-ħelsien.

 
F’din is-silta jien sibt tliet karatteristiċi ta’ influenza diabolika u qabbilthom kif jidhru fid-dinja tal-lum, fejn nara kemm l-qerq tax-xitan jidher l-iżjed fil-MEDIA:

 
1. Għera - Nudity Lq 8:27...“Kien ilu żmien twil ma jxidd libsa fuqu”  - ix-xitan jonfoħ lil-bniedem bil-vanità, bit-tendenza  ta’ lbies sfaccat; b’kultura li trid tikxef biex tingħoġob ! Bil-vulgarità, bl-arroganza, b'fissazzjoni fik nnifsek li tkun l-aqwa = Imma Ġesù jgħallimna li biex nindunaw bil-ħażen irridu nżommu ħarsitna dejjem lejH: Naqraw u nisimgħu l-Kelma t'Alla. Kemm għandna nibżgħu għad-dinjità ta’ persuntna, hi kif inhi, bil-limitazzjonijiet kollha tagħha, għax Alla ħalaqna.
Insemmu l-epidemija tal-pornografija: Dak li darba kien mohbi f’kotba/magazins li kont trid tixtrihom, illum qeghdin ‘one click away’ bl-internet fil-mobile, f’darna fit-tv --- il-ħazen li naraw fuq it-television – imqar riklam. Immaġinaw x’kultura telgħin fiha iż-żgħażagħ u t-tfal li jgħaddu ħin twil jaraw films u programmi bl-addocc... U xi ngħidu għall-ċerta mużika u l-lirika vulgari, doppju sens u sfaċċatament jinstabu fil-media. Iva x-xitan juża l-persuna tal-bniedem biex jiġi wżat, redikulat għall-frugħa u blugħa.....u l-kultura tagħna iċċapċap u tidħaq....ma jimpurtaniex għall-iskandli li qed jintwerew fil-media...  ... Lq 8:35 In-nies ħarġu jaraw x'ġara u marru ħdejn Ġesù, u lil dak ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten sabuh bilqiegħda f'riġlejn Ġesù, liebes u moħħu f'sikktu;

 
2. Vjolenza - ViolenceLq 8:29… in-nies kienu jorbtuh bil-ktajjen u bix-xkiel biex iżommuh, iżda hu kien iqaċċat l-irbit - Illum il-vjolenza ġibniha forma ta’ entertainment: Ħudu mill-films, mill-video games f-idejn it-tfal u l-kbar….u dan l-entertainment iġgħalek tirraġuna li l-vjolenza hi poter u l-mewt hija s-soluzzjoni. Anke l-aħħar Papiet wissu li qed ngħixu f’kultura tal-mewt li qed tiġi proposta li ssolvi l-problemi !: il-vjolenza tibda fil-ġuf bl-attakk li għandi d-dritt ta’ l-għażla tiegħi li nagħmel l-abort; għandi d-dritt għal kontraċettivi u MAP – vjolenza fija nnifsi għax nabbuża b’persunti, bl-intellet tiegħi, bis-saħħa tiegħi; vjolenza, korla, abbuz, ġlied mix-xejn ma ta’ madwari; vjolenza f’gangs u gwerer, sa ġenoċidji. Ix-xitan jogħxa jarana nwaħħlu f’xulxin, nweġġgħu lil xulxin, nobogħdu lil xulxin, noqtlu lil xulxin..........anke sa fl-aħħar mumenti tal-ħajja - bl-euthanasia.

 
3. Firda – Disunity - Lq 8:27… ma kienx joqgħod id-dar, imma qalb l-oqbra ... Lq 8:29… jimbuttah lejn id-deżert” - satana jrid il-firda fija nnifsi, nxaqleb lejn il-ħazen billi niġġudika, nikkritika. Huwa jrid il-firda minn dawk l-aktar għeziez għalina, fil-familja tagħna – kull wiehed magħluq f’kamartu mingħajr djalogu; firda fiż-żwieġ tagħna - bid-divorzju u adulterji; irid firda mill-ġirien tagħna, minghajr mogħdrija; irid firda mill-kultura kattolika tagħna, firda bil-politika, firda bir-reliġjonijiet madwarna, firda mir-razzez, firda fl-għaqdiet u l-komunitajiet. Kemm irridu nkunu konxji ta’ kemm ix-xitan ma jridniex ngħixu familja waħda noffru l-għajnuna li jkun hemm bżonn; naghtu glorja lil ISTESS ALLA WIEĦED. Il-kultura tal-lum tibża mill-commitment, anzi taraha impossibli u għalhekk ħafna żgħażagħ huma mbeżża', inċerti,  mħawwdin u jinagħlqu fihom infushom. Kemm hi responsabbilta tagħna li doqna lil Ġesù biex nwassluH lilhom u nuruhom li fiH biss isibu l-fiduċja, it-tama u l-imħabba vera...   ... [Lq:8:38] Ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten talbu biex jibqa' miegħu, iżda hu bagħtu u qallu:[Lq:8:39] "Erġa' lura lejn id-dar u għarraf kull ma għamel Alla miegħek." Dak telaq u xandar mal-belt kollha kull ma kien għamel miegħu Ġesù. --- Ġesù riedu jmur lura għand familtu u jkun missjunarju billi jagħti xhieda tal-bidla tieghu bil-qawwa ta’ Alla !

 
Il-Madonna tgħallimna nemmnu fil-qawwa tat-talb, bir-Rużarju – għax hi l-iżbandola bil-ħames ċaqiet li Gulija tant daħaq b’David meta rah biha…….imma tilef……u hekk aħna ma nibżghux meta niġu redikulati għax inkunu qed nagħmlu t-tajjeb. [2 Kron:20:15] u qal: “Isimgħuni, intom nies ilkoll ta' Ġuda, intom li tgħammru f'Ġerusalemm, u int, o sultan Ġosafat! Dan jgħid il-Mulej: Tibżgħux! Titwerwrux quddiem din il-kotra kollha, għaliex  it-taqbida m'hijiex tagħkom, imma ta' Alla.
Ma ninsewx, ma niddubitawx: Ix-xitan jasal sakemm jippermettilu Alla. Alla fuq kollox u fuq kulħadd anke fuq ix-xitan. Li jippermetti Alla jkun ta' prova għalina ħa jinkixef x'fidi għandna, x'karattru għandna, x'inhu l-iskop ta' kull għemil tagħna. Għal Alla m'hemm xejn moħbi - id-dlam huwa dawl għaliH; Hu jagħraf ħsibijietna saħansitra minn qabel ma nwettquhom ! IMMA Alla huwa imħabba u min iħobbok ma jimponix fuqek, iħallik liberu li tagħżel int stess l-eternità - Jew il-Ġenna jew l-Infern.

Niftakru li x-xitan kien Anglu : Jekk hu jasal għal tant ħażen, kemm aktar l-Anġli għandhom qawwa u setgha għat-tajjeb għax għandhom lil Alla magħhom biex jipproteġuna - l-Anġlu Kustodju tagħna, San Mikiel Arkanġlu, flimkien mal-Verġni Mbierka u l-qaddisin ! 
 
Grazzi Ma, għax bl-iva tiegħek aħna għandna l-uniku Salvatur tad-dinja, l-uniku ħellies li jimlina’ bil-kuraġġ ngħidu LE għall-inganni tal-poter, suppervja, popolarità, flus, pjaċiri tad-dinja, drogi, qliegħ diżonest, korruzzjoni, għira, egoiżmu, vjolenza --- le għal ħażen ….. IVA GĦAL ĠESÙ KRISTU li jgħallimna nitbegħdu mill-ħażen kif ukoll kemm għandna ngħadru lil min jiżbalja, anke nitolbu għalih - Iva rebbiħin bil-qawwa tal-imħabba kollha mogħdrija, ħniena, sabar, maħfra ... kif Alla hekk ħabb lid-dinja, li bagħat lil Ibnu l-waħdieni biex jerfa' fuqu dnubietna,u minn rajH bagħtha għalina sal-mewt tas-salib biex jifdina mill-jasar tad-dnub - Hu li rebaħ fuq il-mewt billi qam minn bejn l-imwiet, wara tlitt ijiem fil-qabar; Huwa ħaj fostna fl-Ewkaristija, Huwa magħna sa l-aħħar taż-żminijiet !




[Ġw 3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.
 



Fr. Mark Goring - Eucharistic Miracle of Sokółka, Poland - Published on Feb 6, 2017


 
Salm 32:7 ‘Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek’  Ammen  Alleluja !



 ============
 ============
 ============





Messa Santa Marta 10-02-2017
La corruzione incomincia da poco e poi si cade nel peccato

and other videos in playlist:-
Take Refuge In The Word Of God: Keep watchful and stay with Jesus - Vigilare e stare con Gesù --- FROM POPE FRANCIS AND OTHER PRIESTS





 ============
 ============
 ============ 
 


Mk 7:14-23 -- What comes out of a person is what defiles - X'inhu li jtabba' lill-bniedem

WEDNESDAY GOSPEL OF THE 5TH WEEK IN ORDINARY TIME

X'inhu li jtabba' lill-bniedem
(Mt 15, 10-20)


EVANĠELJU
Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.
Mk 7, 14-23

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”. Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola. U hu qalilhom: “Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra, la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema fil-ħofra?”. B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi.

U qalilhom: “Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem. Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba, ħażen, qerq, libertinaġġ, għira, malafama, suppervja u bluha. Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





 ============
 ============
  ============ 




Breaking the Silence - May 2016 --- Why Do Young Women Choose To Become Nuns



What kind of Music are you listening to ? - The Problem with Modern Music - Music in the Home  



 ============
 ============
  ============ 



 ORGAN TRAFFICKING --- ... which cannot be done without doctors ...

Vatican plans to fight organ trafficking; brings representatives from 52 countries together



 
============
============
============

 


Fr. Elija Vella OFM Conv. --- "THE DEVIL AND ALL TEMPTATIONS ARE ATTRACTIVE and deceitful"




============
============
============


 
If we are humble, God will never abandon us. He humbles the arrogance of the proud, but he saves the humble. He frees the innocent man, who is rescued because his hands are clean. The infinite mercy of Our Lord is not slow in coming to the aid of those who humbly call upon him.
Saint Josemaria Escriva
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

 

.